Fil-bidu ta' snin 70 fi hdan l-ghaqda Banda Zejtun
intwerit ix-xewqa li jibda jkun hemm is-Sotto Kumitat fi hdan il-Kumitat Centrali.
Kien fl-1972 meta bost attivisti nisa bdew jaghmlu xoghol ta' hjata f' kostumi mill-isbah peress li l-banda kienet tipartecipa b' success kbir fil-karnival ta' Malta. Pero', ma kienx isir biss xoghol ghall-karnival imma kienet isir hjata ta' purtiri ghas-swali tal-kazin, bnadar u pavaljuni ghall-festa. Kien isir ukoll tindif b'mod regolari gol-kazin. Biex ikomplu jghinu lis-Socjeta b' mod finanzarju kieet titella tombla fit-teatru Pandora. Fi zmien il-Milied bhal bosta Socjetajiet ohra kien isir il-party ral-Milied ghat-tfal u alievi.
Matul iz-zminijiet in-nisa baqaw jizdiedu u jissahu ghalhekk fis-sena 2006 gie deciz li sezzjoni nisa kella tigi rikonoxuta f' l-istatut tas- Socjeta'. Ghalhekk matul is-sena isiru bosta laqghat biex ikunu jistaw jigu organizzati bosta attivitajiet fosthom coffee mornings, tombla, lotteriji u ikliet. Twaqqaf ukoll il-club tat-tfal, fejn ahna konna l-ewwel ghaqda lfi Zejtun li waqafna dan il-club. Attivitajiet annwali li jsiru nistghu insemmu il-party ta' tdal u l-alievi biex nghalqu s-sena flimkien u Get Together lejliet l-ewwel ta' sena gewwa it-teatru Pandora. Attivitajiet ohra li jsiru huma granet ghall-Bahrija, l-Buskett u ghal-Ghawdex. Isir ukoll il-ballu tal-Karnival fejn kullhadd jigi bil-kostum, u wara jkun hemm kompetizjoni ghall-isbah kostum.Is-Sezzjoni Nisa tiehu hsieb ukoll li kollox imur sew meta jkun hemm xi mistednin gewwa kazin. Tigi organizzata ix-xalta li sir gurnata wara l-festa.
Is-Sezzjoni Nisa konvinta li bil koperazzjoni tal-kumitat centrali, sezzjonijiet fi hdan il-kazin, membri, benefaturi u voluntira inkomplu nikbru u nissahu b'determinazjoni ghall-gid ta' l-Ghaqda Banda Zejtun.
