L-Ghaqda Banda Zejtun tnisslet bejn il-1928 u
l-1932 meta fic-centru tal-Partit Laburista taz-Zejtun ta' dak iz-zmien,bl-inizjattiva
ta' Karmenu Grima ul-pittur Guzeppi Caruana twaqfet banda. Din bdiet bhala Jazz
Band immexija mill-kurunettista Salvu Pace. Meta kibret tmexxiet mill-ewwel
surmast Onorato Gauci,izda zviluppat bhala banda filarmonika regolari bl-entuzjazmu
u l-hila ta Mro.Guzeppi Maria Dalli.
![]() |
![]() |
Kumitat 'Dar tal-Haddiema'
(1928) |
Labour Jazz Band
(1928) |
Fil-bidu tas-snin tletin minhabba l' inkwiet bejn il-Partit Laburista u l knisja ic-Centru Laburista kellu jghalaq izda minflok l-kumitat u l-membri iddecidew fuq mozzjoni taz-zaghzugh Guzeppi Attard li biex ikollhom local min fejn setghu jkomplu bl-attivita socjali u kulturali, iwaqfu iz-‘Zejtun Band Club’. Dan gie ufficjalment registrat mal-puluzija fl-20 ta' Settembru 1933. L-ewwel Presidentonorarju kien it-tabib Pawlu Boffa u Sur Nikola Attard kien President. Mikiel Farrugia kien Segretarju u Benedet Magro kien Kaxxier. Billi dawn kollha kienu jiffurmaw parti mill-kumitat tac-Centru Laburista, l-ghaqda l-gdida baqghet mgharufa fost iz-Zwieten bhala "Tal-Labour".
![]() |
![]() |
![]() |
|
Nikola Attard L-ewwel President (1933-1945) |
Micheal Farrugia L-ewwel Segretarju (1933-1936) |
Benedetto Magro L-ewwel Kaxxier (1933-1938) |
Hekk jista' jinghad li l-Banda Zejtun twaqfet qabel l-Ghaqda innifisha. Infatti l-banda kellha tesegwixxi program fil-pjazza fis-17 ta' Settembru 1933 izda billi l-Ghaqda ma kienetx registrata, il-pulizija irrifjutaw il-permess. Ghalhekk il-program thalla ghal-lejlet il-festa l-24 ta' Novembru. Dak inhar indaqqet ghall-ewwel darba l-marcia sinfonica "La Liberta" tas-surmast direttur G.M.Dalli. It-titolu ta' din il-kompozizzjoni huwa xhieda tas-sentiment, l-emozjoni u l-motivazzjoni tal-fundaturi u l-ewwel bandisti u soci ta' l-Ghaqda Banda Zejtun.
![]() |
![]() |
![]() |
Wiehed mil-ewwel Bandisti
ta l-Ghaqda Banda Zejtun ta` l-1933 |
'Zejtun Band Club',
il-post fejn jinsab il-kazin illum. Dan infetah fil- bidu ta` l-1934. |
Iz-Zejtun Jazz Band
fix-Xalata fir-Ramla ta Zejtun fl-1934 |
Fl-1933 Mro.G.M.Dalli bi qbil mal-kumitat u soci ghadda l-banda f'idejn ibnu Hector Dalli li b'hila kbira u maestrija kompla mexxa l-banda l-quddiem u maghha kabbar ismu u kiseb l-aqwa fama. Fil-milja ta' zoghzitu hejja programmi ta' l-ghola livell u ikkompona ghadd kbir ta' marci brijjuzi. Mill-1945 sa nofs is-snin hamsin il-Banda Zejtun kienet taghmel marc grandjuz tal-festa wara nofs in-nhar. Dan kien mgharuf bhala "Tal-Pinta" ghax ghalih kienu jikkonkorru mijiet ta' partitarji li wara l-ikel kienu mdorrija jixorbu pinta inbid. L-entuzjazmu kien ikun kbir ghax is-surmast Hector Dalli kien ghal sena wara l-ohra ihejji sett shih ta' marci brijjuzi wiehed aqwa min iehor. Whud minnhom ghadhom jindaqqu u jferhu l-partitarji sal-lum. F'dawn iz-zminijiet il-Banda Zejtun kienet tiehu sehem bil-kbir fil-karnival ta' Malta . Dan jider bi-car f’bosta ritratti u unuri li l-ghaqda kisbet tul is-snin.
![]() |
![]() |
![]() |
Mro. G. M. Dalli (1931-1939) |
Mro. Hector Dalli (1939-1952) |
Il-Banda Zejtun fil-Karnival
ta` l-1948 |
![]() |
Ritratt tal-Marc mil-Banda
Zejtun fil-25 ta` Novembru 1946, il-marc maghruf bhala tal-'Pinta' |
Matul dawk is-snin kumitati habrieka mmexija mit-tieni President il-Kaptan Serafin Xuereb b' Karmenu Grima segretarju u Guzeppi Attard Kaxxier u Censu Galea assistent tieghu xtraw id-dar fil-misrah ewlieni u wara li xtraw ukoll il-gnien ta' wara d-dar hadmu blan gheda biex bnew il-Pandora, li giet inawgurata fl-1955. Ghal bosta snin kien l-aqwa cinema mhux biss ghaz-Zwieten izda ghax-xlokk ta' Malta.Fl-1952 gie mahtur surmast direttur Mro.Edgar Lowell, klarinettist solista tat-teatru ta' l-opra li ghal lejlet il-festa rawwen tradizzjoni ta' programmi klassici b'siltiet mill-opri ghal kor u solisti. Hekk il-Banda Zejtun kisbet fama ghal dan il-program. F' dan iz-zminijiet il-Banda Zejtun bdiet tiehu sehem fil-Gimgha l-Kbira. Kien wara hafna zmien u laqghat mal-knijsa li l-Banda Zejtun harget idoqq fil-Gimgha l-Kbira. Dan il-ftehim intlahaq f'Ottubru ta' l-1968 u l-Banda Zejtun hadet sehem ghall-ewwel darba fil-purcissjoni ta' l-1969.
![]() |
![]() |
![]() |
Kaptan Serafin Xuereb M.B.E President (1946-1976) |
Il-Gnien tal-Pandora |
Dehra Generali tat-Teatru
Pandora hekk kif jidher fl-1955 il-jum ta` l-inawgurazzjoni. |
![]() |
|
| Mro. Edgar Lowell (1952-1976) |
Il-Banda Zejtun idoqq
ghall-ewwel darba fil-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira fl-4 ta' April 1969 |
Fl-1973 inxtrat bicca art ohra hdejn il-kazin fejn qabel kien hemm il-"Great Britain Bar".Hekk twaqqet il-faccata l-qadima li kienet fuq zewg sulari u minflok inbniet faccata gdida b'gallarija fuq it-tul taghha kollu b'intrata wisghin, kif ukoll tarag komdu u wieghsa ghall-ewwel sular fejn inbniet sala gdida tal-kumitat tul il-wisgha tal-faccata l-gdida.Dan ix-xoghol li kien f'idejn kummisjoni mmexija mis-Sur Walter Zahra li kien vici President tlesta sentejn wara. Fl-1976 nhatar Surmast direttur Mro. Paul Buttigieg li ghalkemm dam biss sentejn baqa' jirregala sinfoniji, oventures u kompozizzjonijiet ohra lil Ghaqda. Warajh dahal fil-kariga is-surmast Joseph Barbara li rega' qajjem entuzjazmu fost il-partitarji b'marci kantabli li kien jikkomponi kull sena. Huwa kkompna u rregala lill-Ghaqda Innu mill- isbah idedikat lil Santa Katarina V.M. Wara l-mewt tal-Kaptan Serafin Xuereb fl-1976, nhatar Karmenu Grima li dam sa l-1977.
![]() |
![]() |
![]() |
Mro. Pawlu Buttigieg (1976-1978) |
Karmelo Grima President (1976-1977) |
Mro. Joseph M. Barbara (1978-1984) |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
Titwaqa l-Faccata l-antika (1974) |
Bini tal-Kazin mil-voluntiera |
Meta nxtrat l-ahhar
parti tal-hanut ta xorb 'Great Britain Bar' |
F`Gheluq il-50 sena ta` l-Ghaqda Banda Zejtun tizzanzan il-Faccata (1983) |
Is-snin tmenin gabu progress kbir u hidma sfiqa fi hdan l-Ghaqda Banda Zejtun. Fl-1977 ir-raba' President is-sur Joe Attard. Issa t-tieni generazjoni ta' dirigenti u partitarji kienu lahqu l-maturita u l-kontribut taghom gab svolta qawwija f'kull qasam. Il-kazin tkabbar, it-Teatru Pandora gie ridekorat u beda x-xoghol fuq il-plancier artistiku. Fl-1979 il-Banda regghet bdiet tiehu sehem fil-Karnival ta' Malta u bejn 1980 sa l-2004 hadet l-ewwel premju tlieta u ghoxrin darba, record assolut. Fl- 1984 gie mahtur is-surmast direttu John J. Pace, li kompla kabbar ir-repertorju tal-Banda Zejtun b'siltiet muzikali moderni, marci brijjuzi, kompozizjonijiet u programmi klassici b'solisti u korijiet f'lejlet il-festa. F' dik is-sena fiz-Zejtun bdiet issir il-purcissjoni bl-irxoxt f'Hadd il-Ghid u l-Banda Zejtun tiehu sehem kull sena.
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
Joe Attard President (1978-) |
Id-Dominju fil-karnival
ta` Malta mil-Banda Zejtun mil-1980 sa 2004. 23 darba l-ewwel post. |
Mro. J. J. Pace (1984-2006) |
L-ewwel purcissjoni
ta` Kristu Rxoxt fiz-Zejtun 1984 |
Is-sena 1985 kienet is-sena Ewropeja tal-muzika. F' Gunju l-Ghaqda Banda Zejtun inawgurat il-plancier artistiku bi program celebri u fil-gimgha tal-festa f" Novembru ipprezentat akkademja muzikali bl-aqwa muzia solenni fil-Knisja Arcipretali. F'dik is-sena l-banda zanznet ukoll l-uniformi gdida. Sena wara l-Banda Zejtun rebhet il-konkors nazzjonali ghal-baned maltin li sar fit-Teatru Manuel il-Belt. Din kienet rebha kbira ghall Ghaqda. B'hekk l-Ghaqda kompliet titkabbar isimgha ma Malta u Ghawdex kollu. F'Gunju ta' l-1988, ghall- 55 sena anniversarju ta' l-Ghaqda Banda Zejtun sar program impressjonanti fil-pjazza fuq il-plancier artistiku u f' waqt minnhom il-Banda inghaqdet ma l-orgni tal-Knisja li ndaqq minn Mro.Joe Caruana.
![]() |
![]() |
![]() |
| Plancier gawhra artistika ta` l-Ghaqda Banda Zejtun. Li izannzan fi 22 ta` Gunju fl-1985 | Akkademja Muzikali Novembru
1985 |
Il-Konkors nazzjonali li ntrebah mil-Ghaqda Banda Zejtun fl-1986 |
L-Ghaqda Banda Zejtun kienet strumentali biex il-festa ta' Santa Katarina tibda ssir fit-tielet Hadd ta' Gunju. Dan sar wara l-oppozizzjoni qawwija li saret mil-Banda Zejtun u mil-partitarji taghha. F'jum il-festa tal-1988 kienet saret protesta kbira mil-partitarji tal-Ghaqda Banda Zejtun wara dulluvju ta' xita li kienet ghamlet biex b'hekk ragat sfrattat il-festa. Fl-14 ta' April 1989 sar id-digriet li stabilixxa id-data tal-festa li tibda ssir t tielet Hadd ta Gunju. Dan id-digriet kellu jibda jsehh mis-sena 1990. B'hekk il-Banda Zejtun ghamlet rebha kbira f'isem iz-Zejtun kollu! Tul dawn is-snin ,l-Ghaqda Banda Zejtun qatt ma harset lura, kisbet bosta sucessi u l-kazin baqa' jitkabbar u jisebbah. Fl-1996 twaqfet sezzjoni ohra fl-Ghaqda Banda Zejtun Is-Sezzjoni Zghazagh. Din is-sezzjoni gabet kambjamenti kbar fil-Festa u lum il-gurnata saret sezzjoni mportanti hafna fil-kazin. Din is-sezzjoni torganizza hafna attivitajiet matul is-sena kollha imam l-qofol taghha hu fil-Festa ta` Sta. Katarina fejn ghal sena wara l-ohra taghti spettaklu kbir fil-pjazza b’arma u sorprizi settakolari. Il-festa fis-sajf gabet impenji godda u l-Banda offriet bosta programmi fl-aqwa tradizzjoni taghha, fit-teatru Pandora u l-istess gara fl-2003 ghas-sebghin sena anniversarju mit-twaqqif ta' l-Ghaqda.
![]() |
![]() |
Protesta mil-Partitarji
ta` l-Ghaqda Banda Zejtun fil-Festa ta` Novembru 1988
|
Ir-Rebha li ghamlet
il-Banda Zejtun f`isem il-poplu Zejtuni Kollu meta gabet il-Festa fis-Sajf.
Wihed mil-marci tal-Festa fis-Sajf 1996 |
Ghas-sena centinarja 2005 fl-okkazjoni ta' 1700 sena mill-anniversarju tal-martirju ta' Santa Katarina V.M l-Ghada Banda Zejtun, flimkien mal-parrocca u l-ghaqdiet l-ohra tat sehma biex dan l-avveniment kien ta sodisfazzjon ghaz-Zwieten kollha.Ta' min isemmi l-akkademja li saret fil-knisja arcipretali nhar il-Gimgha 10 ta' Gunju. Din l-akkademja kienet tinkludi Sinfonija In Fa Maggiore ta' Frank Diacono: Preghiera a Sta.Katarina V.M ta' Mro.John J Pace u versi ta' Marie Therese Vassallo u fuq kollox l-oratorju grandjuz "il-mara li laqtitna lkoll Sta.Katarina" librett ta' Peter Miceli Saydon u muzika ta' Mro.Raymond Zammit. F'Novembru ta' sena 2005 ingiebet il-kazin il-vara ta' Santa Katarina V.M xoghol ta' l-iskultur Alfred Camilleri Cauchi. Din giet impoggija f'nicca apposta li giet mahduma mil membri tal-kazin. Il-Vara giet inawgurata b'quddiesa solenni fil-kazin.
![]() |
![]() |
Akkademja Muzikali mtella
mil-Banda Zejtun fl-10 ta` Gunju 2005 |
Nicca Maeztuza fis-Sede
ta` l-Ghaqda Banda Zejtun |
Fl-2006 inhatar Mro.Raymond Zammit li ha post Mro.John J.Pace. F'Novenbru ta' l-istess sena itella program muzikali u strumetali fil-Pandora fejn ghal-ewwel darba Mro Raymond Zammit ideriga il-Banda Zejtun. Fl'istess program is-surmast direttur iregala muzika gdida u originali "Five Short Pieces." F'dik is-sena bdiet tinbena ukoll is-sala grandjuza ghal-banda. Dan huwa proget kbir iehor biex jitkompla jitkabbar u jisebbah il-kazin.
![]() |
![]() |
Mro. Raymond Zammit FLCM (2006-) |
Programm Annwali mtella`
mil-Banda Zejtun fit-Teatru Pandora fit-18 ta` Novembru 2006 |
President attwali s-Sur Joe Attard, President Onorarju s-Sur Wistin Abela, segretarju Sur Emanuel Agius waqt li bhala kaxxier is-Sur Clinton Micallef u Surmast Direttur Mro.Raymond Zammit,Charles Pace ghalliem tal-istrumenti tal-Injam u Emmanuel Fenech ghalliem ta’ l-istrumenti tar-Ram.
![]() |
Kumitat Attwali |